Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)

Oħloq il-Europass tiegħek

X’jista’ jagħmel il-EURES għalik?

Il-Europass huwa s-sett multilingwi u liberu tiegħek ta’ għodod u informazzjoni online biex jgħinek turi l-ħiliet u l-esperjenzi tiegħek lill-impjegaturi fl-Ewropa kollha.

Tista’ tirreġistra l-ħiliet, l-esperjenzi tax-xogħol u l-kisbiet tiegħek kollha f’post wieħed, filwaqt li tibbenefika wkoll minn għodod u servizzi bħall-awtovalutazzjoni tal-ħiliet diġitali, ir-rakkomandazzjonijiet tal-impjiegi u tat-tagħlim, il-Kredenzjali Diġitali Ewropej għall-Apprendiment u l-karatteristiċi ta’ gwida għall-karriera, li jgħinuk tibqa’ infurmat(a) dwar ix-xejriet tal-impjiegi u tal-ħiliet fl-Ewropa kollha, u tiżgura li dejjem jista’ jkollok stampa ċara u aġġornata tal-perkors tal-karriera tiegħek.

Skopri l-għodod kollha li joffri l-Europass bħal:

  • Profil tal-Europass: oħloq profil wieħed f’verżjoni lingwistika waħda jew aktar fejn tista’ tiddeskrivi l-ħiliet tiegħek, issib opportunitajiet ta’ impjieg u ta’ apprendiment rilevanti, tiġġenera CVs u ittri ta’ akkumpanjament differenti u timmaniġġja l-applikazzjonijiet tiegħek;
  • Kredenzjali Diġitali tal-Europass għall-Apprendiment: fejn tingħata l-opportunità biex tirċievi u tikkondividi diplomi u ċertifikati diġitali ssiġillati b’mod elettroniku minn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, li jappoġġaw ir-rikonoxximent tal-kredenzjali tiegħek;
  • Trasferiment faċli tal-informazzjoni tiegħek: tista’ tikkondividi l-profil tal-Europass tiegħek mal-EURES, li jsir viżibbli għall-impjegaturi u għas-servizzi tal-impjiegi madwar l-Ewropa. Il-EURES jipprovdi bażi tad-data kbira ta’ CVs u ta’ postijiet tax-xogħol vakanti, li tiġi pprovduta mill-31 pajjiż parteċipanti kollha, u hija aċċessibbli għall-1 000 Konsulent tal-EURES u impjegaturi rreġistrati biex isibu kandidati. Il-persuni li qed ifittxu impjieg jistgħu jibbrawżjaw u japplikaw għal aktar minn 2.5 miljun post tax-xogħol vakanti hawnhekk;
  • Informazzjoni utli u links għal servizzi tal-Unjoni Ewropea (UE) kif ukoll servizzi nazzjonali li jappoġġaw l-iżvilupp tiegħek jew il-perkors tal-apprendiment tiegħek.

Ippjana l-karriera tiegħek permezz tal-Europass. Ħu l-pass li jmiss billi toħloq il-profil tal-Europass tiegħek u kkondividih mal-EURES biex issib l-impjieg it-tajjeb għalik, kullimkien fl-Ewropa.

Agħti bidu għall-profil tal-Europass tiegħek issa

 

OSZAR »